X’inhi Żona Marittima Protetta?

Iż-Żoni Marittimi Protetti (MPAs) huma żoni marittimi magħżula għall-iskop ta’ konservazzjoni u maniġjar. Dawn iż-żoni huma maħsuba biex jiġu ppreservati u protetti l-ħajja u l-abitati tal-baħar fi ħdanhom, filwaqt li jiġi promoss l-użu sostenibbli ta’ dawn ir-riżorsi L-għan tal-MPAs huwa li jiġi żgurat li l-ibħra tagħna jibqgħu b’saħħithom u mimlija ħajja għall-ġenerazzjonijiet tal-llum u tal-futur!

In-network Natura 2000 tal-baħar ta’ Malta jinkludi 18-il sit u jkopri aktar minn 4100 km2, ekwivalenti għal aktar minn 35% taż-Żona ta’ Maniġjar tas-Sajd ta’ Malta, stabbilita għall-konservazzjoni t’abitati u speċijiet importanti. In-network jinkludi Żoni Speċjali ta’ Konservazzjoni (ŻSK), magħżula għall-protezzjoni tal-abitati u tal-ispeċijiet marittimi skont id-Direttiva tal-UE dwar l-Abitati, u Żoni Protetti b’Mod Speċjali (ŻPS) magħżula għall-protezzjoni tal-għasafar tal-baħar skont id-Direttiva tal-UE dwar l-Għasafar.

L-MPAs ta’ Malta jfittxu l-konservazzjoni tal-alka (Posidonia oceanica) – li hija abitat ewlieni għall-bijodiversità kostali, l-għerien u l-abitati ta’ skoll. Fil-fatt, il-Posidonia oceanica tissejjaħ ukoll inġinier tal-ekosistema billi tipprovdi abitati lil varjetà ta’ fawna tal-baħar.  L-ispeċijiet protetti permezz tal-MPAs jinkludu l-Gibbula ta’ Malta (Steromphala nivosa), il-fekruna tal-baħar loggerhead (Carretta carretta), id-denfil bottlenose (Tursiops truncatus) u tliet għasafar tal-baħar li jnisslu fil-Gżejjer Maltin: iċ-ċiefa (Calonectris diomedea), il-garnija (Puffinus yelkouan) u l-kanġu ta’ Filfla (Hydrobates pelagicus).

Filwaqt li huwa essenzjali li jiġu deżinjati l-MPAs, l-effettività tagħhom hija strettament marbuta mal-livell ta’ involviment tal-komunità lokali fl-appoġġ għall-politika u l-miżuri ta’ protezzjoni tal-baħar, kif ukoll fl-impenn għal soluzzjonijiet aktar sostenibbli!

 

Agħfas hawn biex tara mappa virtwali taż-Żoni Marittimi Protetti ta’ Malta: https://oceana.maps.arcgis.com/apps/MapSeries/index.html?appid=6b6c687101b841588dc91b84d3a25ef3

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.