Rangers Ambjentali

Il-proġett tar-Rangers Ambjentali (E-Rangers) tnieda għall-ewwel darba f’Novembru 2020. Ir-rwol ewlieni tar-Rangers Ambjentali huwa li jqajmu kuxjenza ambjentali u jiżguraw li l-pubbliku ġenerali jirrispetta l-ambjent rurali. Ir-Rangers Ambjentali jaħdmu mill-qrib mal-komunitajiet lokali u jinteraġixxu mal-pubbliku waqt rondi frekwenti u żjarat f’żoni protetti inklużi s-siti ta’ Natura 2000. 

Print

 Ir-responsabbiltajiet tar-Rangers Ambjentali jinkludu:

  • Is-sensibilizzazzjoni ambjentali permezz tal-interazzjoni mal-pubbliku;
  • L-għassa tas-siti terrestri ta’ Natura 2000, żoni oħra protetti u skedati, u ODZ pubblika;
  • Is-sensibilizzazzjoni tal-viżitaturi dwar ir-regoli u r-regolamenti li jirrigwardaw is-siti;
  • It-twettiq ta’ programmi informattivi u l-edukazzjoni tal-pubbliku dwar varjetà ta’ kwistjonijiet ta’ konservazzjoni;
  • Ir-rappurtar ta’ attivitajiet illegali f’żoni protetti u rurali;
  • Il-monitoraġġ tat-tkabbir tal-pjanti u l-isforzi ta’ restawr tal-abitati mwettqa minn AM;
  • L-għoti tal-ewwel assistenza meta jiltaqgħu ma’ organiżmi selvaġġi protetti midruba u l-koordinazzjoni mal-entitajiet rilevanti bħad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali u l-NGOs ambjentali kompetenti;
  • Ir-rappurtar ta’ perikli ta’ nirien; u
  • Il-ġbir ta’ data ġeografika ambjentali (eż. il-post ta’ pjanti invażivi u mhux indiġeni, attivitajiet illegali, l-użu tal-art, fost oħrajn).
The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.