Id-Direttorat għall-Proġetti Ambjentali fi ħdan Ambjent Malta huwa responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġetti mwettqa mill-organizzazzjoni. L-implimentazzjoni tal-proġetti jew tiġi esternalizzata permezz tal-akkwist pubbliku jew titwettaq permezz tal-ftehimiet ta’ kollaborazzjoni mal-NGOs jew permezz t’implimentazzjoni diretta mill-uffiċjali pubbliċi impjegati minn Ambjent Malta.
L-attivitajiet ewlenin f’dan id-Direttorat huma ż-żamma tas-siti Natura 2000, l-inizjattivi ta’ restawr tal-abitati u l-attivitajiet ta’ protezzjoni tal-baħar. Il-proġetti ta’ restawr tal-abitat li jitwettqu f’żoni li huma protetti u/jew ta’ valur għoli ta’ konservazzjoni huma bbażati fuq il-kunċett ta’ ekoloġija tar-restawr. Il-veġetazzjoni indiġena tiġi mħawla skont il-karatteristiċi speċifiċi għas-sit taż-żona, inkluża l-fitosoċjoloġija, jiġifieri l-komunità eżistenti ta’ pjanti li jikbru f’kundizzjonijiet stabbiliti speċifiċi għas-sit partikolari. L-iskop ta’ tali proġetti huwa li tiġi inkoraġġita r-riġenerazzjoni naturali fis-siti restawrati u r-riġenerazzjoni potenzjali f’żoni u bijotopi kontigwi.
Maniġjar tas-siti Natura 2000
Ambjent Malta huwa responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ miżuri fis-siti Natura 2000 (N2K) kif regolati mill-pjanijiet ta’ Maniġjar rispettivi. Ambjent Malta għandu responsabbiltà diretta għall-Park Nazzjonali tas-Salina u l-Imsaġar tal-Buskett. Minbarra dawn iż-żoni, hemm diversi siti oħra li huma mmaniġjati b’mod indipendenti permezz ta’ NGOs jew partijiet terzi, li jinkludu Xrobb il-Għaġin, Għajn Tuffieħa, ir-Ramla l-Ħamra, l-Għadira, is-Simar, il-Park tal-Majjistral u s-Salini.
Żoni Marini Protetti
L-implimentazzjoni tal-għan u l-miżuri ta’ konservazzjoni għas-siti tal-baħar tan-Natura 2000 ta’ Malta żdiedet mal-portafoll ta’ AM f’Jannar 2021. AM jikkoordina mal-NGOs lokali u mal-entitajiet pubbliċi involuti fiż-żoni marittimi biex jimplimenta għadd ta’ miżuri ta’ maniġjar fiż-żoni marittimi protetti. L-attivitajiet ippjanati jinkludu t-tindif annwali taħt l-ilma u tal-baħar kostali, l-installazzjoni ta’ sinjali informattivi u proġetti pilota mmirati lejn ir-restawr t’abitati bentiċi fil-periklu u degradati.
Proġetti Ambjentali reċenti
Ambjent Malta fetaħ skema għall-Kunsilli Lokali biex iressqu proposti ta’ proġetti ambjentali mmirati lejn it-titjib tat-tħaddir urban u li jikkontribwixxu għall-benesseri pożittiv taċ-ċittadini lokali. Ambjent Malta kkunsidra l-aqwa inizjattivi ekoloġiċi u ffinanzja l-lokalitajiet li ġejjin:
L-istabbiliment mill-ġdid ta’ heritage /nature trail tul il-Victoria Lines, li tipprovdi għal tabelli ta’ informazzjoni, tindif u żbir kontinwu, passaġġi restawrati għall-mixi u tisbiħ ġenerali tul il-mogħdija.
Ġbir u tneħħija ta’ materjal mormi illegalment minn żoni kostali u artijiet max-xatt protetti. Dan jitwettaq permezz t’inizjattivi interni u b’kollaborazzjoni ma’ partijiet terzi u kuntratturi privati.
Fl-2023, saru l-attivitajiet ta’ tindif li ġejjin:
It-twaqqigħ tal-Kamra Agrarja u l-bini taċ-Ċentru l-ġdid tal-Viżitaturi, li għandu l-għan li jipprovdi informazzjoni dwar l-abitat naturali tal-Buskett u informazzjoni ambjentali oħra. Ix-xogħlijiet kienu jinkludu l-bini ta’ sala multi-funzjonali tal-franka, uffiċċju, kċina u faċilitajiet sanitarji, l-installazzjoni ta’ kameras tas-CCTV, WIFI u unitajiet tal-AC.
Ambjent Malta ilu jwettaq xogħlijiet f’Kemmuna mill-2018. L-intervent ewlieni jinkludi r-restawr ta’ żoni degradati u għelieqi agrikoli abbandunati permezz tat-tħawwil t’arbuxxelli u siġar indiġeni. It-tħawwil sar skont il-karatteristiċi u l-fitosoċjoloġija eżistenti tas-siti speċifiċi. It-tħawwil kollu kien akkumpanjat mill-installazzjoni ta’ sistema ta’ irrigazzjoni.
Ambjent Malta wettaq ukoll ir-restawr tal-mogħdija tan-natura, l-introduzzjoni mill-ġdid tal-art mistagħdra ta’ Santa Marija, it-tneħħija t’arbli mhux użati, ir-restawr ta’ ħitan tas-sejjieħ, u t-tneħħija ta’ Speċijiet Aljeni Invażivi.
Il-proġett kellu l-għan li jiġġenera settijiet ta’ data bbażati fuq immaġni satellitari, li se jiġu applikati għall-kontroll u l-monitoraġġ tal-Mergħat ta’ Posidonia oceanica(PO), il-kontroll tal-kwalità tal-ilmijiet qrib il-kosti kif ukoll l-istima tal-ħażniet tal-karbonju maqbuda fil-mergħat tal-PO.
Matul dan il-proġett, Ambjent Malta kkollabora mad-Dipartiment tal-Ġeoxjenzi – l-Università ta’ Malta (UoM), l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u PIXAM Ltd.
Ambjent Malta wettaq interventi tul il-mogħdija kollha (il-Victoria Lines Trail ġew segmentati f’10 mogħdijiet – 16km), liema interventi kienu jinkludu t-tneħħija u t-tindif tal-mogħdija mill-iskart u l-veġetazzjoni li kibret iżżejjed.
Proġett kunċettwali ffinanzjat mill-MITA bejn l-Università ta’ Malta u Ambjent Malta fejn qed tiġi żviluppata applikazzjoni għall-identifikazzjoni awtonoma permezz tal-IA ta’ pjanti aljeni invażivi (IAS) fil-mira minn xbihat telerilevati (remote sensing), biex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni tal-perkors t’invażjoni, distribuzzjoni u monitoraġġ tal-interventi tat-tneħħija tal-IAS minn AM.
Iċ-ċentru ġie żviluppat minn Nature Trust Malta, b’kollaborazzjoni ma’ Ambjent Malta, b’investiment ta’ EUR 2.5 miljun kofinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.
Il-Park jinkludi faċilitajiet ta’ riabilitazzjoni għal annimali selvaġġi diversi, inkluża fawna tal-baħar, terrestri u avjarja, li joffru santwarju għall-irkupru tagħhom qabel ma jerġgħu jiddaħħlu fl-abitati tagħhom. Iċ-ċentru se jipprovdi faċilitajiet imtejba għall-Wildlife Rescue Team ta’ Nature Trust, li jirċievi assistenza finanzjarja mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi u kontributuri oħra, għas-salvataġġ u l-kura ta’ annimali selvaġġi midruba.
Il-proġett jinkludi wkoll Ċentru ta’ Riċerka dwar il-Baħar u żona edukattiva għat-tfal u l-viżitaturi, fejn dawn se jkunu jistgħu jitgħallmu dwar il-fawna selvaġġa Maltija u l-konservazzjoni tagħha.