Direttorat għall-Iżvilupp tan-Negozju

Id-Direttorat għall-Iżvilupp tan-Negozju huwa responsabbli mill-amministrazzjoni finanzjarja t’Ambjent Malta inklużi l-pjanijiet operattivi u l-finanzjament tagħhom. Dan jinkludi t-taqsimiet tax-xiri (akkwist), iż-żamma tal-kontijiet pubbliċi (kontijiet), il-monitoraġġ tal-istimi finanzjarji (finanzi) u l-maħżen ċentrali tad-dipartiment (imħażen).

L-appoġġ lid-Direttorat tal-Proġetti Ambjentali (Direttorat għall-Proġetti Ambjentali) jingħata minn diversi taqsimiet li jaqgħu taħt dan id-Direttorat fosthom: mastrudaxxi; ħaddieda; bennejja; mekkaniks; sewwieqa ta’ makkinarju tqil; taqsimiet tal-manutenzjoni; trasport; u l-makkinarju kollu fi ħdan Ambjent Malta.

Malta Embellishment Landscaping Projects

Malta Embellishment Landscaping Projects (MELP) hija inkarigata bil-monitoraġġ tax-xogħlijiet imwettqa mill-Kuntrattur tal-Landscaping. MELP tispezzjona u tapprova l-manutenzjoni ta’ rqajja’ ta’ art landscaped li jinsabu f’toroq arterjali u f’ġonna pubbliċi magħżula. MELP hija inkarigata wkoll biex tanalizza u tapprova proġetti u disinji ġodda ta’ landscaping kif ukoll skemi ta’ tħawwil. 

MELP iżżomm inventarju aġġornat li jinkludi ż-żoni tal-irqajja’ t’art, l-għadd ta’ pjanti u l-ispeċijiet kif ukoll il-livelli ta’ tisbiħ kif stabbilit mill-Kuntratt ta’ Landscaping. Il-prenotazzjonijiet għal attivitajiet li jsiru f’ġonna pubbliċi li jaqgħu taħt il-kompetenza t’Ambjent Malta huma ġestiti wkoll minn MELP.

Kwalunkwe mistoqsija tista’ tintbagħat permezz t’email lil [email protected]

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.